Baħarna

//Baħarna

Min dejjem nilmentaw mill-fatt li Malta xotta mir-riżorsi naturali  għajr għall-bzulija u l-moħħ tal-poplu tagħha. Dejjem konna meqjusin bħal dik il-gżira hera fin-nofs tal-Mediterran. Pero r-rota ddur.

Illum s-saħħa ekonomika ma għadiex titkejjel biss meta tigi mqbba ma kemm għandek fabbriki, żejt jew riżorsi naturali simili. Illum wieħed mill-akbar riżorsi huwa x-xemx, il-baħar u l-moħħ. Malta llum nistgħu ngħidu li hija għanja b’dawn ir-riżorsi.

Nara li l-baħar jista jkun fonti mportanti ta ikel u tkattir ta gid ekonomiku għal futur.

Malta hija gżira mdawra bil-baħar. Il-baħar kien dejjem sors ta għejxien għalina – il-ħut, it-turiżmu fis-sajf u anke Malta bħala bażi sew militari kif wkoll kummerċjali. Pero nistgħu wkoll inkunu katalisti u nkunu fuq quddiem sabiex, filwaqt li nużaw il-baħar bħala sors importanti ta ikel nipproponu mezzi ta kif nistgħu nippreservaw  l-istess ħlejjaq li nsibu fil-baħar.

Studji ta minn jorbot fuqhom jindikaw futur qarib b’ibħra vojta mil-ħlejjaq akwatiċi. Din il-qirda hija martbuta mal-fatt illi l-popolazzjoni dinjija qegħda tikber b’ritmu mgħaġġel u li l-faxxa tan-nofs qegħda dejjem titwessa.

Filwaqt li dan l-avvanz huwa sinjal posittiv, jfisser wkoll aktar ħela u ħafna aktar konsum. Il-ħut huwa aliment important fid-dieta tal-bniedem u d-domanda hija kbira. Konsegwenza ta hekk diġa qegħdin naraw kif ħafna ħut kważi sparixxa.

Dan huwa fattur li jista jarraħ kulħadd. Kull min hu deletant jgħum bil-maskla u jinsab fil-ħamsinijiet,  jiftakar iċ-ċrien ma l-art, waħda ħdejn l-oħra fost ħut ieħor.

Aħna għalkemm zgħar, nistgħu ngħatu aktar mil-parti tagħna sabiex nindirizzaw din il-problema.

L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi l-importanza tal-baħar bħala sors ta xogħol ta mpjiegi u anka ta ikel. Għal dan il-għan imbarkat fuq strateġija magħrufa aħjar bl-isem ta Blue Growth.

Fil-parametri ta din l-istrateġija, u billi Malta hija mdawra bil-baħar, il-pożizzjoni tagħna hija ideali sabiex nospitaw parti sostanzjali mill-Istrateġija li bażikament hija inizjattiva biex tisfrutta l-potenzjal mħux sfruttat tal-oċeani, l-ibħra u l-kosti tal-Ewropa. Dan jinkludi l-Aqua Kultura flimkien mat-turiżmu kostali, il-bijoteknoloġija tal-baħar, l-enerġija mill-oċeani u l-minjieri tal-qiegħ.

Immur pass oltre u ngħid li Malta għandha tkun pioneer fl-introduzzjoni tal-ħut bil-mass permezz ta sistemi magħrufa aħjar bħala Mari-kultura li ftit kliem tfisser it-tkabbir tal-ħut fil-magħluq lil ħin mil-kosta u fil-miftuħ.

Il-produzzjoni, li tkun ta kwalita, tkun waħda sostenibbli u b’hekk qed nippreservaw is-selvaġġ.

Fl-istess ħin irid isir aktar enfasi sabiex ir-rimi fil-baħar ma materjal tossiku jieqaf.

Nemmen li Malta hija l-post idejali sabiex ikolna ċentri ta riċerki sew għal monteraġġ tal-ħlejjaq akwatiċi kif wkoll għal livelli ta kontaminazzjoni.

Dan hu dak li nemmen fiħ, dak li naspira li nwassal lejn il-Parlament Ewropew u dak li nħeġġeġ lil Gvern sabiex jinvesti fiħ.

Għal dan il-għan l-Unjoni Ewropea diġa nvestiet miljuni ta euro favor l-istrateġija Blue Growth. Irrid inkun il-vuċi tiegħek fil-Parlament Ewropew sabiex inwassal lejn pajjiżna aktar informazzjoni dwar l-għajnuna li teżisti f’dan il-qasam ħalli jikber l-investiment f’dan is-settur u kif sewwa qal l-Prim Ministru, nieħdu dawk il-fondi u mhux nonfquhom imma nassarbuhom f’imvestmenti li ser jergħu jroddu lura flus fl-ekonomija tagħna u fl-istess ħin inkunu qed nikkontribwixxu fil-proġett tal-Unjoni Ewropeaj u ċioe dak li tkun sors ta ikel għal-popolazzjoni tad-dinja u fl-istess ħin innaqsu l-pressjoni min fuq il-ħut fl-ambjent naturali tiegħu.

 

2019-04-25T14:53:35+00:00April 25th, 2019|Articles|

By continuing to use the site, you agree to the use of cookies. more information

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close