Għaliex huwa importanti il-vot tiegħek għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew?

//Għaliex huwa importanti il-vot tiegħek għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew?

Bejn it-23 u s-26 ta’ Mejju, iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea (UE) ser ikunu qegħdin jipparteċipaw f’elezzjonijiet madwar l-Istati Membri sabiex jeleġġu l-Membri li se jirrappreżentawhom fil-Parlament Ewropew għas-snin 2019-2023. F’Malta, l-elezzjonijiet se jsiru fil-25 ta’ Mejju u se jservu sabiex, permezz tal-vot tagħhom, in-nies jagħżlu lil dawk il-kandidati li jaħsbu li jistgħu jirrappreżentaw l-interessi tagħhom bl-aħjar mod. Bil-vot fl-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin iċ-ċittadini jkunu qegħdin jipparteċipaw f’waħda mill-istituzzjonijiet ewlenin tal-UE li l-membri tagħha huma eletti direttament miċ-ċittadini.

Il-vot fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew għandu jservi biex iċ-ċittadini jieħdu dan iċ-ċans li bil-vot jagħtu sehemhom għall-futur tal-UE kif jixtiquh. Huwa inutli li ngergru għal dak li jmissu jsir, jew għal dak li ma nixtiqux li jsir, jekk fl-elezzjonijiet li ġejjin ma nivvutawx.

Xi nies ma jaħsbux li l-Elezzjonijiet tal-MEP huma ta’ importanza kbira għalkemm hemm iktar interess illum. Madankollu, dak li jigi DEĊIŻ fil-Parlament Ewropew JAFFETTWA DEFINITIVAMENT l-istil tal-ħajja tagħna – Titjib Finanzjarju u tal-Infrastruttura u għalhekk KULLHADD għandu jkun RESPONSABBLI U INTERESSAT.

F’Mejju 2019 l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew se jkun hemm 705 membru elett tal-Parlament Ewropew. Huwa mument li nagħżlu l-aqwa Ambaxxaturi tagħna fil-Parlament Ewropew biex niżguraw li d-deċiżjonijiet, li jaffettwaw liċ-ċittadini, jintlaħqu b’mod demokratiku. Malta teħtieġ li tkun irrappreżentata minn dawk li jħobbu u jirrispettaw pajjiżhom biex jiżguraw li l-ġid tal-pajjiż jipprevali u li l-MEP’s ta’ fehmiet differenti jaħdmu flimkien għal ġid komuni. Il-Votazzjoni tiegħek qatt ma kienet daqshekk importanti.

L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Lokali f’Mejju li jmiss se jkunu mument storiku għall-pajjiż għax Malta ssir waħda mill-ewwel li tippermetti d-dritt tal-vot ta’ dawk ta’ 16-il sena. Għalhekk inħeġġeġ iz-zagħżagħ kollha biex jivvutaw u jagħmlu użu minn dan id-dritt.

Votazzjoni biex tibni u tibdel l-UE għall-aħjar. Votazzjoni għal Ewropa li ġġib it-tama, ivvota għal Ewropa li tissodisfa l-ħtiġijiet tan-nies.

Għalhekk huwa neċessarju li l-votanti jagħżlu bil-għaqal u jagħżlu l- “ambaxxaturi” li jirrappreżentaw lil Malta fil-Parlament Ewropew.  Nies li jħarsu l-interessi ta’ Malta.  L-interessi ta’ Malta huma l-interessi tal-Maltin kollha u mhux ta’ partit politiku.  L-interessi tal-partiti politiċi narawhom fl-arena lokali u mhux fil-livell Ewropew.  Hemm irridu naħdmu bħala pajjiż.

Importanti li l-vot jimtela kollu għax f’din l-elezzjoni, b’differenza min dik generali, tintrebaħ bis-siggijiet.

Ma ninsewx li aħna l-iżgħar pajjiż u diġa’ qegħdin f’iżvantaġġ minħabba ċ-ċokon tagħna u għalhekk is-saħħa tagħna hi limitata.  Hu għalhekk li rridu naħdmu flimkien.  Ma’ hemmx post  għan-nies li bl-azzjonijiet tagħhom jagħmlu ħsara lil Malta.

IL-Moviment Laburista jeħtieġ li jirbaħ l-aqwa appoġġ, ma jitlef l-ebda vot, ħalli nsostnu l-impenn favur Ewropa Soċjali.  Niżguraw li kulħadd joħroġ jivvota u jagħmel hekk għall-kandidati Laburisti kollha.

B’vot għall-Ewropa biss nistgħu naħdmu flimkien għal Ewropa soċjali, progressiva u inklussiva  bbażata fuq id-diversità, il-libertà, is-solidarjetà, l-ugwaljanza u l-ġustizzja.

2019-05-17T12:48:49+00:00May 17th, 2019|Articles|

By continuing to use the site, you agree to the use of cookies. more information

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close