Għaliex il-vot tiegħek huwa importanti għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew?

//Għaliex il-vot tiegħek huwa importanti għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew?

Xi nies ma jaħsbux li l-Elezzjonijiet tal-MEP huma ta’ importanza kbira għalkemm hemm iktar interess illum. Madankollu, dak li jigi DEĊIŻ fil-Parlament Ewropew JAFFETTWA DEFINITIVAMENT l-istil tal-ħajja tagħna – Titjib Finanzjarju u tal-Infrastruttura u għalhekk KULLHADD għandu jkun RESPONSABBLI U INTERESSAT.

F’Mejju 2019 l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew se jkun hemm 705 membru elett tal-Parlament Ewropew. Huwa mument li nagħżlu l-aqwa Ambaxxaturi tagħna fil-Parlament Ewropew biex niżguraw li d-deċiżjonijiet, li jaffettwaw liċ-ċittadini, jintlaħqu b’mod demokratiku. Malta teħtieġ li tkun irrappreżentata minn dawk li jħobbu u jirrispettaw pajjiżhom biex jiżguraw li l-ġid tal-pajjiż jipprevali u li l-MEP’s ta’ fehmiet differenti jaħdmu flimkien għal ġid komuni. Il-Votazzjoni tiegħek qatt ma kienet daqshekk importanti.

L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Lokali f’Mejju li jmiss se jkunu mument storiku għall-pajjiż għax Malta ssir waħda mill-ewwel li tippermetti d-dritt tal-vot ta’ dawk ta’ 16-il sena. Għalhekk inħeġġeġ lill-irġiel u n-nisa kollha biex jivvutaw u jagħmlu użu minn dan id-dritt.

Votazzjoni biex tibni u tibdel l-UE għall-aħjar. Votazzjoni għal Ewropa li ġġib it-tama, ivvota għal Ewropa li tissodisfa l-ħtiġijiet tan-nies.

Għalhekk huwa neċessarju li l-votanti jagħżlu bil-għaqal u jagħżlu l- “ambaxxaturi” li jirrappreżentaw lil Malta fil-Parlament Ewropew.

B’vot għall-Ewropa biss nistgħu naħdmu flimkien għal Ewropa soċjali, progressiva u inklussiva  bbażata fuq id-diversità, il-libertà, is-solidarjetà, l-ugwaljanza u l-ġustizzja.

2019-03-08T14:13:10+00:00March 8th, 2019|Articles|

By continuing to use the site, you agree to the use of cookies. more information

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close