Il-Messagg tieghi lill-elettorat

//Il-Messagg tieghi lill-elettorat

Malta trid tkun irrappreżentata minn dawk li jħobbu, jirrispettaw u jkollhom attitudnijiet pożittivi lejn pajjiżhom. Il-prijorità tiegħi hija li niżgura li l-interessi ta’pajjiżna jiġu salvagwardjati l-ħin kollu.

Il-Partit Laburista jirrappreżenta l-ġenerazzjoni tal-lum u ta’ dik futura u l-bidla tista sehh biss billi jkun eqreb lejn iċ-ċittadini tagħna. Il-missjoni tiegħi bħala politiku hi naħdem biex niddefendi isem pajjiżi u ic-cittadini kollha Maltin u Għawdxin.  Nixtieq nimbotta temi li jolqtu liż-żgħir u lil batut mhux biss fuq l-aġenda tal-politika lokali iżda wkoll fuq dik Ewropea  sabiex niżgura li l-kwalità tal-ħajja, l-ambjent u l-kundizzjonijiet tax-xogħol jitjiebu għal kulħadd.

Nixtieq nuri liċ-ċittadini kollha li nistgħu nimxu ‘l quddiem flimkien billi nirrappreżentakom u nkun il-Leħen tagħkom fil-Parlament Ewropew  .

 

2019-03-08T14:14:16+00:00March 8th, 2019|Articles|

By continuing to use the site, you agree to the use of cookies. more information

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close