L-impatt fuq Malta minħabba Brexit?

//L-impatt fuq Malta minħabba Brexit?

L-obbligi tal-Gvern Brittanniku lejn iċ-ċittadini Maltin mhumiex relatati mal-Brexit. L-arranġamenti bilaterali bejn Malta u r-Renju Unit se jibqgħu fis-seħħ. Brexit ma jaffettwax il-ftehim bilatareli li Malta għandha mar-Renju Unit dwar is-saħħa, it-trattament tal-morda fi sptarijiet Brittanniċi  u l-edukazzjoni, iżda se jiġu affettwati scholarships tal-UE għal studenti Maltin li jixtiequ jistudjaw fir-Renju Unit. Dawk li għandhom impjieg fir-Renju Unit mhux se  jintlaqtu.

L-importazzjoni u l-esportazzjoni lejn ir-Renju Unit jiddependi mill-ftehim li se jintlaħaq mal-UE. Negozji żgħar jistgħu jintlaqtu minn dazji ġodda li jiġu introdotti fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni minn u lejn ir-Renju Unit, skont il-ftehim kummerċjali li jintlaħaq mal-UE. L-importazzjoni mir-Renju Unit, bħal importazzjoni ta’ karozzi second hand, tista’ tintlaqat minn dazji li jiġu introdotti.

Huwa fl-interess tal-UE u tar-Renju Unit li jibqgħu relazzjonijiet tajba fil-qasam tas-sigurta’, kriminalta’ u difiża.

Malta trid tkun l-aktar pajjiż UK-friendly fl- UE għaċ-ċittadini u negozji Brittaniċi kif ħabbar il-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat.

2019-03-08T14:15:35+00:00March 8th, 2019|Articles|

By continuing to use the site, you agree to the use of cookies. more information

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close